Lokali

Il-Protezzjoni Ċivili jerġgħu jissejjħu fil-villa ta’ Yana Mintoff Bland

Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili issejjħu biex jikkontrollaw nar li żviluppa fil-villa ta’ Yana Mintoff Bland, bint l-eks Prim Ministru Dom Mintoff.

Minn informazzjoni li għandu NETnews, jirriżulta li żviluppa nar żgħir li aktarx qabad kawża ta’ nirien oħra li tqabbdu lbieraħ mis-sieħeb ta’ Mintoff Bland.

L-agressur ilbieraħ fera lil Mintoff Bland u lil Binha, qabel dan ta n-nar lil partijiet mill-villa, u qabel kien arrestat mill-Pulizija.

Il-villa, f’Ħal Tarxien, kienet qed tiġi mgħassa.