L-internazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena, Jake Grech ta’ Ħamrun Spartans hu r-rebbieħ tal-unur ġdid li qed jingħata waqt il-programm Replay Preview fuq Net Television, tal-aħjar talent taħt il-21 sena għax-xahar ta’ Settembru. Dan l-unur hu sponsorjat minn Weetabix Protein. Matul ix-xahar ta’ Settembru, Grech kellu xahar tajjeb tant li spikka u għen lil Ħamrun biex jiksbu punti importanti fir-ritorn tagħhom fil-Kampjonat Premier. Grech skorja gowl wieħed f’dan ix-xahar, fil-partita kontra Floriana u li ntemmet fi draw ta’ 1-1.
Grech, li se jkun qed jagħlaq 19-il sena x-xahar li ġej, kien ippreżentant b’hamper apposta bil-prodotti Weetabix Protein mill-producer eżekuttiv tal-programmi Replay fuq Net Television u Radio 101, Christian Micallef. Il-programm Replay Preview jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa, fid-9pm fuq Net Television.
Nhar il-Ġimgħa li għadda, waqt il-programm Replay Preview kien hemm servizz speċjali dwar ir-rebħ ta’ dan l-unur minn Grech.
//= $special ?>

