Il-maġġoranza tal-Membri Parlamentari Ewropej talbu li jkun hemm regolamenti rigorużi dwar is-sigurtà u t-tahriġ dwar il-ħażna ta’ gass LNG. Dan ħareġ minn rapport li talab li jkun hemm strateġija tal-Unjoni Ewropea dwar il-ħażna tal-gass LNG.
Fi stqarrija, l-MEPs tal-Partit Nazzjonalista laqgħu tajjeb din l-inizjattiva u saħqu li r-rapport jenfasizza wkoll il-bżonn li jkun hemm Impact Assessments ħalli jkun assigurat il-valur miżjud tal-bini ta’ infrastruttura għall-ħażna u t-trasport tal-LNG.
L-MEPs qalu li dan kollu hu importanti fil-kuntest ta’ Malta, fejn it-tanker tal-gass ta’ Konrad Mizzi u ta’ Joseph Muscat hu bla bżonn u jiswa ferm aktar. Qalu li f’Malta, il-kwistjoni hi li minflok jipprovdi l-elettriku billi jkompli bil-proġett tal-pipeline tal-gass u mill-Interconnector, il-Gvern ta’ Muscat qed jinsisti li jankra tanker tal-gass kbir f’nofs il-Bajja ta’ Marsaxlokk.
Dan minkejja li se jkollu effett fuq il-ħajja ta’ kuljum tan-nies fir-reġjun, kif ukoll li l-elettriku se jkun iġġenerat b’nefqa ferm akbar.
//= $special ?>