Il-lejl ta’ bejn it-Tnejn u t-Tlieta ma kienx wieħed feliċi – la għal Yana Mintoff Bland, bint l-eks Prim Ministru Dom Mintoff u binha, iżda l-anqas għal Luna – il-kelba ta’ tliet xhur li qattgħet lejl imwerwra fil-villa.
Ilbieraħ filgħaxija, partijiet mill-villa ta’ Mintoff Bland ingħataw in-nar mill-aggressur li attakka lil Yana u lil binha b’sikkina.
Luna, il-kelba ta’ Mintoff Bland, baqgħet tistaħba fid-dar sakemm instabet dalgħodu – u nħarġet mill-villa.
Viżibbilment taħt xokk, il-kelba ingħatat il-wens kif ukoll xi ħaġa x’tirob minn ġirien li jgħixu fil-qrib. Il-filmati juru l-kelba taħt xokk, iżda ftit wara bdiet tikkalma u anke ttieħdet mixja mill-istess persuni li ħarġuha mill-villa.
Luna nħarġet mid-dar dalgħodu, wara lejl tistaħba
Dalgħodu spikkat il-preżenza ta’ esperti tal-Qorti appuntati minn inkjesta Maġisterjali li qed issir
Il-faċċata tal-villa ta’ Yana Mintoff Bland, bint l-eks Prim Ministru Dom Mintoff
Ritratti: Martin Agius; Filmati: (fuq) Victor Abela (taħt) Steve Chircop
//= $special ?>