Il-media fiċ-Ċina qed tirrapporta li t-traġedja tal-bieraħ fl-ajruport għadha mdawwra b’misteri kbar, tant illi sa issa lanqas il-Pulizija Maltija ma ħarġet l-ebda stqarrija.
Ir-rapport fis-South China Morning Post – ġurnal awtorevoli fiċ-Ċina – jgħid li l-inċident tal-bieraħ qed iqajjem “mistoqsijiet li jistgħu jkunu skomdi”. L-istess ġurnal jindika li l-ajruplan Metroliner kien qed itir fuq missjoni sigrieta.
L-istess dubji tqajmu wkoll mill-ġurnal fil-Libja ‘Libya Herald’.
Il-vittmi huma kollha impjegati tas-servizzi sigrieti Franċiżi jew eks uffiċjali tad-DGSE.