Internazzjonali

Il-flotta Russa tfittex il-fuel fil-Mediterran

In-NATO talbet lil Spanja biex ma jingħata ebda fuel lil flotta ta’ bastimenti tal-gwerra Russi li qed jivjaġġaw fil-Mediterran fi triqithom lejn il-kosta Sirjana.
Jens Stoltenberg, is-Segretarju Ġenerali tan-NATO, qal dan peress li dawn il-bastimenti se jipparteċipaw fil-bumbardament indiskriminat ta’ Aleppo fis-Sirja fejn qed imutu ħafna nies . Ma din il-flotta qed tivjaġġa l-unika aircraft carrier Russa, l-Amirall Kuznetsov’, kif ukoll bastiment tal-gwerra li jaħdem bl-enerġija nukleari.