Il-Ministru responsabbli mis-Saħħa Chris Fearne ma jridx jitkellem dwar it-tlett kuntratti li ffirma mal-kumpanija Vitals Global Health Care li l-Gvern se jgħaddilha taħt idejha tmexxija tat-tlett sptarijiet li huma: L-isptar San Luqa, Karin Grech u l-isptar Generali ta’ Għawdex.
Fil-Parlament ix-Shadow Minister għal Għawdex Chris Said staqsa lill-Ministru Fearne jekk sarx due diligence li twassal għall-identità tal-ultimate beneficial owners, jiġifieri min hemm wara l-kumpanija, jekk id-due diligence identifikatx l-identità ta’ kull ultimate beneficial owner li għandu mill-anqas 2% tal-ishma tal-kumpanija. Ix-Shadow Minister Chris Said staqsa wkoll jekk il-Gvern għandux kontroll fuq il-bejgħ ta’ ishma u fuq kollox min għamel id-due diligence. Staqsa wkoll għal liema raġuni l-Gvern qiegħed iżomm mistura l-identità tal-ultimate beneficial owners.
Minn naħa tiegħu il-Ministru Chris Fearne qal li saret due diligence fuq min hemm wara l-kumpanija Vitals Global Healthcare.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista ,it-Tnejn waqt id-diskors tiegħu bħala reazzjoni għall-budget, semma’ kif lill-kumpanija Vitals Global Health Care lanqas fil-Montenegro ma riduhom.
Dwar it-tlett dokumenti kull ma l-Ministru Chris Fearne qal li topġġew fuq il-mejda tal-kamra u li juru proċeduri dwar it-trasferiment tal-ishma.
Iżda t-tlett dokumenti li ppublika l-gvern dwar il-ftehim li għamel għall-privatizazzjoni tal-isptarijiet San Luqa, Karin Grech u l-isptar Generali ta’ Għawdex, għandhom aktar minn 60 paġna vojta jew inkella paġni b’ċifri li tneħħew fosthom is-somma finali għall-privatizazzjoni tat-tlett sptarijiet tħalliet barra.
Dawn it-tlett kuntratti gew iffirmati mill-Ministru Konrad Mizzi meta kien għadu responsabbli mis-Saħħa. Konrad Mizzi hu responsabbli mid-‘deals’ kollha li dan il-Gvern qed iżomm moħbija: id-‘deal’ mas-SOCAR dwar ix-xiri taż-żejt, il-privatizzazzjoni tal-Enemalta, il-bejgħ tal-Power Station tal-BWSC, id-‘deal’ tal-Power Station il-ġdida.
//= $special ?>