Lokali

Il-Partit Nazzjonalista jingħata rimedju mill-Awtorità tax-Xandir

L-Awtorità tax-Xandir laqgħet l-ilment tal-Partit Nazzjonalista u tatu rimedju  wara li l-Gvern xandar reklami politiċi dwar il-Power Station il-ġdida fuq l-istazzjon nazzjonali.

Fid-deċiżjoni tagħha, l-Awtorità qalet li r-reklam tal-Gvern kien jitratta tema ta’ policy pubblika kurrenti li dwarha kien hemm veduti u argumenti diverġenti. Fil-fatt, il-Partit Nazzjonalista għandu veduti kompletament differenti dwar din il-Power Station minn dak li ntqal mill-Gvern fir-reklam politiku li xandar fuq l-istazzjon nazzjonali.

Waqt is-smiegh ta’ din is-seduta l-Partit Nazzjonalista permezz tal-avukat Francis Zammit Dimech kien argumenta li l-Awtorita’ tax-Xandir  m’għandha qatt tassumi r-rwol li tara min għandu raġun bejn żewġ opinjonijiet, trid tara li ż-żewġ opinjonijiet jitwasslu lill-pubbliku b’mod ugwali.

Francis Zammit Dimech qal li dan hu kaz klassiku ta’ riklam politiku. Wara li elenka partijiet mir-riklam, qal li l-uzu tal-heavy fuel oil jispicca mhux bil-power station il-ġdida, imma għax il-power station tal-BWSC tista’ tinqaleb għal gass u llum pajjizna qed jieħu 75 fil-mija tal-energija mill-Interconnector.

Hu qal ukoll li l-emmissjonijiet fl-arja diġa’ naqsu minħabba l-istess żewġ proġetti filwaqt li l-kontijiet tad-dawl għandhom jorħsu għax Malta qed tixtri l-enerġija mill-Interconnector bil-prezz ta’ bejn tlieta u sitt ċenteżmi kull unit filwaqt li qed tiffranka miljun ewro fil-ġimgħa fi fuel bil-power station tal-BWSC. Fakkar li l-prezz internazzjonali taz-zejt illum hu terz ta’ dak li kien tliet snin ilu.

Min-naha l-ohra l-PBS argumenta li l-ispot hu wieħed informattiv u għalhekk kienx hemm kontroversja politika.

L-awtorita tax-xandir ghalhekk issa ddecidiet li jinghata rimedja lil-Partit Nazzjonalista u ghalhekk fid-decizjoni taghha tat lill-Partit Nazzjonalista ghaxar minuti fi spots informattivi ta’ tletin sekonda use jkunu mifrux fuq sebat ijiem.

Għall-Partit Nazzjonalista deher l-Avukat Francis Zammit Dimech u d-Direttur Informazzjoni Matthew Bonett.