Ħaddiem Sirjan tilef ħajtu wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar erba’ sulari għal ġo ‘shaft’ waqt li kien qed jaħdem f’sit ta’ kostruzzjoni fil-Mosta.
Għall-ħabta tal-4pm, ir-raġel kien qed jagħmel xi xogħol fis-sit fi Triq Rużar Briffa meta, għal xi raġuni, waqa’ mill-għoli.
Minbarra l-Pulizija, fil-post issejjaħ ukoll tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Madankollu, ir-raġel kien iċċertifikat mejjet fil-post.
L-investigazzjonijiet mill-Għassa tal-Mosta għadhom għaddejjin.
//= $special ?>