Terremot b’qawwa ta’ 5.4 fuq l-iskala Richter inħass f’Ruma għall-ħabta tas-7.10pm.
F’Awwissu li għadda madwar 300 persuna tilfu ħajjithom wara terremot f’Amatrice fl-Italja. Għall-bidu kien maħsub li l-qawwa tat-terremot kienet ta’ 5.6 fuq l-iskala Richter madanakollu dan kien rivedut għal dak ta’ 5.4.
Terremot li kellu l-epiċentru tiegħu fl-inħawi ta’ Macerata.
It-terremot inħass ukoll fir-reġjuni ta’ Marche, Umbria u Lazio – fosthom fil-kapitali Ruma. L-epiċentru kien fiz-zona ta’ Val Nerina, bejn Perugia u Macerata skont l’Istituto nazionale di Geofisica e Vulcanologia (Ingv).
S’issa m’hemmx rapporti ta’ vittmi imma hemm bini li krolla bit-terremot.