Waqt laqgħa tal-Kumitat Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista llejla, Salvu Mallia ġie approvat bħala kandidat għall-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Salvu Mallia ġie approvat biex jikkontesta t-tieni u t-tnax-il distretti elettorali.
Fl-aħħar jiem, Salvu Mallia, filwaqt li qal li fl-aħħar elezzjoni ġenerali vvota lill-Partit Laburista, sostna li biex pajjiżna jitnaddaf mill-ħmieġ ta’ korruzzjoni li fniet lil dan il-Gvern, se jkun qed jaħdem biex Simon Busuttil ikun Prim Ministru. Salvu Mallia sostna wkoll li biex il-poplu Malti u Għawdxi jkollu pajjiż nadif kif jixraqlu, irid ikun il-Partit Nazzjonalista li jiġi elett b’maġġoranza fl-elezzjoni ġenerali li jmiss.
Minn naħa tiegħu, l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil qal li l-kandidatura ta’ Salvu Mallia tikkonferma li bdiet tinbena l-koalizzjoni nazzjonali kontra l-korruzzjoni. Hu qal li l-Partit Nazzjonalista se jkompli jaħdem biex jattira lejh kandidati ġodda ġejjin minn kull qasam tas-soċjetà Maltija.
//= $special ?>