Sqalli jinqabad b’25kg marijuana li kien se jdaħħal Malta

Raġel ta’ 55 sena minn Catania kien arrestat mill-pulizija Taljana b’25 kg ta’ droga marijuana fil-karozza tiegħu eżatt qabel ma’ kien se jiġi Malta.

Ir-raħel inqabad wara li beda jaġixxi b’mod suspettuż. Dan apparti li taħt is-seat tal-karozza kien hemm diversi viti li komplew iqajmu s-suspetti li fil-vettura seta’ kien hemm affarijiet illegali.

Wara spezzjoni li saret irriżulta li fil-karozza kien hemm 25kg marijuana moħbija f’diversi partijiet tal-karozza.

Il-Pulizija ssekwestrat il-vettura, waqt li r-raġel, li hu magħruf mal-Pulizija kien arrestat u mistenni jitressaq il-Qorti fi Sqallija stess.