Sport Waterpolo

Esperjenza fl-Italja għaż-żagħżugħ Miguel Vassallo

 

Il-gowlkiper żagħżugħ ta’ Neptunes u tat-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena Miguel Vassallo se jkollu esperjenza fl-Italja hekk kif bejn illum u l-Erbgħa 2 ta’ Novembru se jkun qed jagħmel kamp ta’ taħriġ ma’ AN Brescia.

Il-kuntatt biex Vassallo jitla’ l-Italja, beda mis-Sajf li għadda fejn saħansitra Vassallo kien żar il-klabb ta’ Brescia. Hu se jitla għal dan il-kamp ta’ taħriġ, filwaqt li hu mistenni li jitla fil-vaganzi tal-milied.

F’kumment li ta lil dan is-sit, Vassallo li ilu jilgħab mill-2014, qal li din l-esperjenza se tgħinu ħafna biex ikompli jżid dak li tgħallem ma’ Neptunes u mat-tim nazzjonali. Hu tenna li din l-esperjenza se tkun ta’ għajnuna għal futur meta jilgħab kontra timijiet barranin. Vassallo rringrazzja lil Neptunes tal-fiduċja li urew fih kif ukoll lill-kowċis tal-potenzjal li raw fih.