Il-President tal-Filippini, Rodrigo Duterte qal li wiegħed lil Alla li se ‘jieqaf mill-kliem vulgari’ u – mal-wasla tiegħu f’Davao wara vjaġġ lejn il-Ġappun – sostna li hu ‘ingħata ultimatum divin’ waqt li kien fuq l-ajruplan.
‘Waqt it-titjira smajt leħen li kien qed jgħidli biex nieqaf mid-dagħa u l-kliem ħażin, inkella l-ajruplan kien se jiġrilu ‘inċident’ f’nofs il-vjaġġ, u jien impenjajt ruħi biex nieqaf’, qal Duterte lill-ġurnalisti li kienu qed jistennewh fl-ajruport.
Duterte hu popolari fil-Filippini minħabba d-diskors bla kantunieri tiegħu u fejn hu, fost oħrajn, ħareġ b’kummenti dispreġjattivi fil-konfront tal-President tal-Istati Uniti Barack Obama u l-Unjoni Ewropea kif ukoll il-Papa.
Ultimatum divin’ lil Duterte tal-Filippini
