Ambjent Kunsilli Lokali Lokali

Il-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija jħabbatha mal-Awtorità tal-Ippjanar

Il-kunsill lokali ta’ Ħal Lija, flimkien ma’ grupp ta’ residenti inkorlati li qed jiffurmaw il-kampanja “Save our Villages”, ippreżentaw appell kontra l-permess ta’ żvilupp li ħarġet l-Awtorità tal-Ippjanar.

Dan hekk kif ġie propost li jinbnew 27 appartament fuq blokka ta’ 5 sulari fil-qalba ta’ Ħal Lija, fejn id-djar huma kollha kemm huma villas jew bungalows.

Fi stqarrija l-Kunsill Lokali ta’ Ħal Lija esprima d-diżappunt li ma ġiex kkonsultat fuq tibdiliet li seħħew fuq il-Local Plan tal-2006, u wisq anqas fuq dan l-żvilupp ta’ appartamenti.
Flimkien ma’ diversi għaqdiet ambjentali, l-Kunsill Lokali u r-residenti saħqu li dan il-proġett se jkun qed jistona maż-żona tal-inħawi li tinkludi biss villel li ma jaqbżux iż-żewġ sulari.