L-Isqfijiet Spanjoli qegħdin imexxu kampanja kontra l-popolarità ta’ Halloween – ‘il-festival sataniku’ – fejn qed iħeġġu lit-tfal Kristjani ‘tajbin’ biex iwarrbu għall-kostumi taz-zombies u x-xjaten, u, minflok, ‘jilbsu bħall-qaddisin u l-appostli’.
Id-djoċesi fi Spanja ilhom jippruvaw itellfu l-attenzjoni miċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Halloween fuq stil Amerikan li qed jikbru fil-popolarità f’dan il-pajjiż. L-impenn hu biex l-Ispanjoli jikkonċentraw mill-ġdid fuq Jum il-Qaddisin Kollha, iċċelebrat fl-Ewwel ta’ Novembru. Intant, il-knejjes u l-iskejjel Kattoliċi qed jorganizzaw il-parties tal-‘Holywin’ fejn it-tfal huma mħeġġa jilbsu kostumi relatati għall-fidi Kattolika.
Kampanja fi Spanja kontra Halloween
