Futbol Sport

Meta B’Kara dawwru telfa f’rebħa u rebħu l-Kampjonat Premier b’decider

Għada l-Ħadd tintlagħab il-partita ferm mistennija mill-għaxar ġurnata tal-Kampjonat Premier bejn B’Kara u Hibernians. Lejliet din il-partita, il-programm sportiv tal-Ġimgħa filgħaxija fuq Net Television, Replay Preview ħa ħsieb li jipproduċi servizz ieħor interessanti mis-sensiela ta’ ‘Eku tal-Passat’ b’rakkont ta’ partita mill-imgħoddi bejn dawn it-tnejn. Il-partita magħżula hija d-decider ta’ Mejju 2013 meta B’Kara dawwru telfa f’rebħa kontra Hibernians u rebħu l-Kampjonat Premier meta fil-konfront deċiżiv għelbu lill-Paolisti 3-1.

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm servizzi ta’ dan it-tip mill-passat f’programm interessanti u mimmli servizzi attwali u mill-passat, kollha b’rabta mal-futbol Malti. Tistgħu ssegwu servizzi oħra preċidenti permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.