Illum fis-2.00pm fil-Hibernians Stadium, it-tim nazzjonali Malti tar-Rugby se jilgħab it-tieni partita mir-Rugby Europe Conference 1 South kontra Ċipru fejn wara r-rebħa kontra l-Andorra ta’ 63-15, il-plejers Maltin huma preparati li jiksbu r-rebħa f’pajjiżna wkoll.
Minħabba t-temp u l-grawnd fejn se tintlagħab, ħafna bdew jistaqsu jekk il-partita hux se tintlagħab, iżda hu konfermat li l-partita se tintlagħab kif inhi skedata, anki għaliex il-kundizzjoni ftit se tħalli effett, minħabba li l-Hibernians Stadium se jinqala’ nhar it-Tnejn li ġej.
Dawk kollha li jixtiequ jattendu, jistgħu jixtru l-biljetti mill-grawnd stess.
//= $special ?>