Il-maltemp li laqat il-gżejjer Maltin ilbieraħ, ħalla impatt ukoll fl-isport lokali b’mod speċjali fil-waterpolo hekk kif il-mewġ qawwi għamel ħsara kbira fil-pitch ta’ San Ġiljan u ta’ Exiles ukoll.
F’post fuq facebook ftit tal-ħin ilu, il-President ta’ San Ġiljan Daniel Aquilina ddeskriva li snin ta’ ħidma taru mar-riħ f’lejl wieħed, minħabba li l-pitch tal-klabb sofra ħsarat kbar minħabba l-mewġ li laqat ix-xtut Maltin, fosthom San Ġiljan.
Il-President ta’ Exiles Andrew Paris ukoll ikkonferma li kien hemm ħsarat fil-pitch ta’ Exiles, iżda sostna li kkumparati mal-ħsarat tal-pitch ta’ San Ġiljan, il-ħsarat għal Exiles huma żgħar.
Otters min-naħa tagħhom ħassru l-attività li kellhom ilbieraħ.
Solidarjetà mal-klabbs li ntlaqtu.
//= $special ?>