Splużjoni fl-inħawi tal-Gudja ħasdet in-nofsinhar ta’ Malta.
Dan hekk kif għal xi raġuni mhux magħrufa tar il-kontejner li fih kienu maħżuna l-murtali bi preparazzjoni għall-festa tal-Madonna taċ-Ċintura fil-Gudja.
Sadanittant uffiċjali tal-Pulizija kkonfermaw mal-kamra tal-aħbarijiet ta’ Net News li ma kien hemm l-ebda rapporti ta’ persuni midruba.
Sadanittant Net News tkellem ma’ Father Deo Debono, id-Direttur Spiritwali tal-Għaqda Mużikali Marija Assunta Gudja fejn sostna li l-festa kienet ser tkompli kif pjanat u saħaq li dan kien miraklu kif l-ebda persuna ma’ ndarbet fl-inċident.
Segwi hawn.
Aktar dettalji kif jidħlulna.
//= $special ?>