Lokali

Il-vittma huwa missier li għandu negozju

Kmieni dalgħodu, splużjoni qawwija f’karrozza ħasdet il-ħajja ta’ missier li għandu madwar 67 sena.

L-isplużjoni seħħet fi Triq Paderborn, kantuniera ma’ Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar għall-ħabta tas-6:55am.

Il-persuna involuta fl-isplużjoni mietet fil-post. NETnews.com.mt huwa nfurmat li r-raġel huwa nvolut fil-qasam tan-negozju, u l-vann li sploda kien tal-kumpanija tiegħu stess.

Fil-post hemm Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw n-nar kkawżat mill-isplużjoni, filwaqt li anke karozzi li kienu fl-imsemmija triq ġarrbu xi ħsarat.