Lokali

Raġel imut fi splużjoni ta’ karozza

Ritratt miġbud ftit ħin wara l-isplużjoni

Għal ħabta tas-sebgħa u għaxra ta’ dalgħodu splużjoni f’karozza ħasdet il-ħajja tas-sewwieq.

L-isplużjoni seħħet fi Triq il-Ġifen f’San Pawl il-Baħar.

Il-persuna involuta fi splużjoni mietet fil-post.

Fil-post hemm Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili li kkontrollaw n-nar kkawżat mill-isplużjoni

Aktar dettalji malli jidħlulna.