Żagħżugħa ta’ 21 sena minn Ħ’Attard sofriet feriti gravi wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku li seħħ ilbieraħ filgħaxija f’San Ġiljan.
Għall-ħabta tal-10.30pm, żagħżugħ ta’ 21 sena minn San Pawl il-Baħar għal xi raġuni tilef il-kontroll tal-vettura tat-tip Volkswagen Golf u kawża ta’ dan, il-karozza ħabtet ma’ ħajt.
Fil-post issejħu l-Pulizija u tim mediku mill-Isptar Mater Dei. Hemm ingħatat l-ewwel għajnuna liż-żagħżugħa, li kienet passiġġiera fil-vettura.
Hi ttieħdet l-Isptar għal aktar kura, fejn kienet iċċertifikata li qed issofri minn feriti gravi.
Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.
//= $special ?>