Futbol Sport

Frank de Boer jitneħħa minn kowċ ta’ Inter

Wara li fl-aħħar jiem kibret l-ispekulazzjoni dwar il-futur tal-kowċ ta’ Inter, ftit tal-minuti ilu, Inter ħabbru b’mod uffiċjali li neħħew lill-kowċ Olandiż Frank de Boer, b’effett immedjat. Din id-deċiżjoni waslet wara t-telfa li Inter sofrew il-Ħadd li għadda kontra Sampdoria, liema telfa fissret is-seba’ waħda taħt it-tmexxija ta’ de Boer f’14-il logħba uffiċjali.

Bħalissa qed issir sessjoni ta’ taħriġ li qed titmexxa mill-kowċ tal-Primavera Stefano Vecchi, li se jkun qed imexxi wkoll lit-tim Taljan għal partita delikata li Inter għandhom fl-Europa League barra minn darhom kontra Southampton.

Fost is-suċċessuri ta’ de Boer il-favorit jidher li hu t-Taljan Stefano Pioli li fl-aħħar ħames snin mexxa lil Bologna u Lazio.