Il-Partit Nazzjonalista laqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni li ħadet ilbieraħ il-Qorti tal-Appell, li kkonfermat li l-Ombudsman għandu d-dritt jinvestiga lmenti ta’ inġustizzji li seħħew fl-Armata, b’mod partikolari fl-għoti ta’ promozzjonijiet.
Fi stqarrija f’isem il-Viċi Kap għall-Ħidma fil-Partit u Shadow Minister għall-Intern Beppe Fenech Adami, il-Partit Nazzjonalista kkundanna lill-Gvern ta’ Muscat, li pprova jimblokka b’kull mod lill-Ombudsman milli jinvestiga dawn l-inġustizzji.
Dan wassal biex l-Ombudsman kellu jirrikorri għall-Qrati Maltin ħalli jipproteġi
d-dritt u d-dmir tiegħu li jinvestiga l-ingustizzji. Id-deċiżjoni tal-bieraħ hi kundanna oħra għall-Gvern ta’ Muscat, li għal darb’oħra nstab ħati li pprova jagħlaq ħalq l-Ombudsman milli jagħmel xogħlu.
Il-Partit Nazzjonalista fakkar li mill-ewwel ġimgħat tiegħu, il-Gvern ta’ Muscat beda proċess ta’ promozzjonijiet lil tal-qalba, filwaqt li nqabżu oħrajn li kellhom dritt javvanzaw fl-Armata.
Il-Partit Nazzjonalsta sellem lill-membri kollha tal-Forzi Armati ta’ Malta li saret inġustizzja fil-konfront tagħhom mill-Gvern preżenti, filwaqt li tenna l-impenn li meta jkun fil-Gvern, issir ġustizzja ma’ min ikun sofra inġustizzja.
//= $special ?>

