L-isforzi tal-pajjiż għandhom ikunu mmirati speċifikament lejn il-qerda tal-faqar, filwaqt li titħares il-kompetittivita tal-pajjiż u t-tkabbir ekonomiku fit-tul.
Saħqu dan l-Assoċjazzjoni ta’ Min Iħaddem (MEA), il-Kamra tal-Kummerċ u l-GRTU. Fi stqarrija konġunta, it-tliet għaqdiet qalu li hu inaċċettabli li llum għad għandna nies li qed jgħixu fil-faqar.
L-għaqdiet qalu li rapport ikkummissjonat dan l-aħħar mill-Kunsill Malti għall-Iżvilupp Ekonomiku u Soċjali (MCESD) jitfa’ dubji dwar kemm hu effettiv li jkun hemm żieda fil-Paga Minima.
L-għaqdiet qed isostnu li jekk ikun hemm żieda fil-Paga Minima jista’ jkun hemm konsegwenzi serji fuq il-kompetittivita tal-pajjiż, filwaqt li saħqu li jekk inpoġġu l-kompetittività tas-settur privat fil-periklu, jista jkun li titpoġġa f’periklu l-ekonomija Maltija.
L-MEA, il-GRTU u ċ-Chamber saħqu li biex il-faqar ikun eradikat minn pajjiżna, kulħadd għandu jagħti sehemu u jerfa’ r-responsabiltà tiegħu.
//= $special ?>

