Waqt laqgħa mar-Rappreżentanta Għolja tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika dwar is-Sigurtà Federica Mogherini, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil saħaq dwar ir-rwol kruċjali ta’ Malta biex tgħin fil-ħidma tal-Unjoni Ewropea relatati mal-istabbiltà fil-Mediterran.
Simon Busuttil u Federica Mogherini ddiskutew is-sitwazzjoni fis-Sirja, kif ukoll kwistjonijiet relatati mas-sigurtà u mal-immigrazzjoni, bil-Kap tal-Partit Nazzjonalista tkellem dwar l-importanza ta’ kontinwazzjoni fejn tidħol għajnuna u koperazzjoni mal-pajjiżi ta’ oriġini.
Skont Simon Busuttil, il-Presidenza ta’ Malta għall-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandha sservi bħala opportunità unika ħalli kwistjonijiet li jaffetwaw lill-Mediterran jitpoġġew fuqnett tal-aġenda tal-Unjoni Ewropea. Pajjiżna jista’ juża’ l-esperjenza fir-reġjun biex jgħin fl-isforzi tal-Unjoni Ewropea f’dan ir-rigward.
Simon Busuttil faħħar ix-xogħol ta’ Federica Mogherini, bl-isforzi tagħha biex tirrappreżenta lill-Ewropa madwar id-dinja kollha. Bħalissa, hi tinsab Malta wara li żaret Ċipru u t-Tuneżija, f’sensiela ta’ laqgħat bl-għan tagħhom hu l-interess Ewropew fis-sigurtà reġjonali tal-Mediterran.
//= $special ?>