Lokali Unjoni Ewropea

Simon Busuttil isellem lil Mariano Rajoy wara li assigura terminu ġdid bħala Prim Ministru Spanjol

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil wassal l-awguri tiegħu lill-Prim Ministru Spanjol Mariano Rajoy wara li assigura terminu ġdid bħala fit-tmexxija tal-Gvern.

Fl-ittra tiegħu, Simon Busuttil qal li f’dawn iż-żminijiet, meta l-Ewropa qed tiffaċċja numru ta’ sfidi flimkien, kien hemm il-bżonn li Rajoy jingħata dan il-mandat, li bih jista’ jgawdi anke pajjiżna flimkien mal-Ewropa.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista esprima l-konvinzjoni tiegħu li Malta u Spanja jibqgħu jaħdmu qrib ta’ xulxin fi spirtu ta’ djalogu u fiduċja reċiproka quddiem l-isfidi li qed tiffaċċja l-Ewropa.

Filwaqt li reġa’ awguralu għall-ħidma tiegħu, Simon Busuttil estenda l-istedina tiegħu lil Rajoy għall-Kungress tal-Partit Popolari li f’Marzu li ġej se jsir f’pajjiżna.

Agħfas hawn biex taqra l-ittra.