Hu stmat li tal-anqas 230 persuna tilfu ħajjiethom barra l-kosta Libjana. Dan wara li għerqu żewġ laneċ mimlija immigranti. L-aħbar ingħatat minn immigranti li kienu salvati u twasslu fil-gżira Taljana ta’ Lampedusa.
B’dawn l-imwiet, l-International Organization for Migration (IOM) qalet li din is-sena fil-Mediterran tilfu ħajjiethom 4,220 persuna. Aktar mit-total li kien hemm għall-2015.
Traġedja oħra barra l-kosta Libjana
