Internazzjonali

Intopp serju għall-proċess ta’ Brexit

l-Ogħla Qorti Ingliża dikjarat li għandu jkun hemm vot fil-Parlament dwar il-Brexit. Xi ħaġa li l-Prim Ministru Theresa May kienet qed topponi għaliha. Dan ifisser li qabel ma jkun hemm il-kunsens tal-Parlament Ingliż, il-Gvern ta’ Londra ma jistgħax jibda uffiċjalment il-ħruġ mill-Unjoni Ewropea.

Il-Gvern Ingliż issa se jappella mid-deċiżjoni. Imma din is-sitwazzjoni kompliet twaddab dubju dwar kemm May se tkun tista’ tilħaq il-mira li sa marzu tkun ħabbret uffiċjalment il-ħruġ tal-pajjiż mill-UE.