Il-kowċ nazzjonali Pietro Ghedin sejjaħ skwadra ta’ 26 plejer għal partita ta’ kwalifikazzjoni kontra s-Slovenja u l-partita ta’ ħbiberija kontra l-Iżlanda. Barra mis-selezzjoni Maltija hemm id-difensur ta’ Valletta Jonathan Caruana li tkeċċa għat-tieni darba fl-aħħar logħba kontra l-Litwanja fil-fażi tal-gruppi, filwaqt li Roderick Briffa għadu mweġġa’.
Nieqes mill-aħħar skwadra proviżorja msejħa hu l-winger ta’ Balzan Lydon Micallef. Fost l-elementi ġodda, Ghedin sejjaħ lid-difensur ta’ Balzan Samir Arab, lid-difensur ta’ Tarxien Daniel Zerafa, lid-difensur ta’ Dover Sam Magri kif ukoll lil Ryan Camenzuli ta’ Floriana, erba’ plejers li ffurmaw parti mit-tim nazzjonali ta’ taħt il-21 sena, b’tal-aħħar diġà lagħab tliet logħbiet mat-tim tal-kbar.
Dawn iż-żewġ partiti mistennija jkunu importanti wkoll għall-attakkant veteran Michael Mifsud li jekk ikun inkluż fiż-żewġ logħbiet, jaqbeż lil David Carabott u jsir l-aktar plejer li lagħab mat-tim nazzjonali.
L-iskwadra proviżorja msejħa minn Ghedin hi din:
Gowlkipers: Justin Haber (Floriana), Andrew Hogg (Hibernians), Henry Bonello (Valletta)
Difensuri: Steve Borg (Valletta), Andrei Agius (Hibernians), Samir Arab (Balzan), Zach Muscat (Arezzo), Alex Muscat (Sliema), Ryan Camilleri (Valletta), Ryan Camenzuli (Floriana), Joseph Zerafa (Birkirkara), Clayton Failla (Hibernians), Sam Magri (Dover), Daniel Zerafa (Tarxien)
Midfielders: Paul Fenech (Balzan), Bjorn Kristensen (Hibernians), Mark Scerri (Sliema), Gareth Sciberras (Birkirkara), Luke Gambin (Barnet), Andrè Schembri (Boavista), Rowen Muscat (Birkirkara), Ryan Scicluna (Birkirkara), Steve Pisani (Floriana)
Attakkanti: Michael Mifsud (Valletta), Jean Paul Farrugia (Sliema), Alfred Effiong (Balzan)
//= $special ?>