Sewwieq ta’ mutur sofra xi ġrieħi wara li ntlaqat minn vettura. Sorsi fuq il-post spjegawlna li r-raġel deher mal-art iżda mill-ewwel dettalji ma jidhirx li sofra ġrieħi serji.
L-inċident seħħ ftit tal-ħin ilu fi Triq il-Ħammieri, fil-wied ta’ Ħal Qormi, bis-sewwieq jittieħed lejn l-Isptar Mater Dei għall-kura. Iktar dettalji malli jaslulna.
//= $special ?>