Futbol Sport

Inċident għal Abdelkarim Nafti fil-logħba kontra Sliema Wanderers

Xena li ftit naraw bħalha fl-Istadium Nazzjonali, hekk kif l-ambulanza kellha tidħol fuq il-ħaxix fit-80 minuta tal-logħba bejn Sliema Wanderers u Balzan hekk kif it-Tuneżin ta’ Balzan Abdelkarim Nafti kellu jinħareġ bl-ambulanza.

Fl-azzjoni, Nafti antiċipa l-ħarġa tal-gowlkiper Slimiż Glenn Zammit b’daqqa ta’ ras, il-ballun ħabat mal-lasta, b’Nafti jispiċċa ħażin wara li Zammit ħareġ fuqu fl-azzjoni. Il-logħba twaqqfet għal ħin twil, bir-referee tal-logħba Alan Mario Sant jagħti seba’ minuti ħin miżjud, bir-riżultat tal-logħba jibqa’ 1-1.

Nafti jidher li qed isofri minn concussion.