L-infrastruttura sħiħa tal-Internet, fil-Liberja, spiċċat paralizzata wara li sfat mira ta’ hackers li użaw l-istess ‘arma’ li, ġimagħtejn ilu, ikkaġunat l-akbar attakk fuq l-Internet fl-istorja. L-attakk ta’ Ottubru kien waqqa’ s-servizzi tal-Internet ewlenin fl-Ewropa u l-Istati Uniti, li kienu jinkludu Twitter, Netflix u Spotify.
Fil-Liberja l-attakki kienu konċentrati fuq iż-żewġ kumpaniji proprjetarji tal-uniku fibre optic li jgħaddi lejn il-Liberja. Waqt l-eqqel tal-volum kbir tal-attakki, il-websajts fil-pajjiż Afrikan ma baqgħux effettivi u sparixxew mis-sistema. Intant, mhux magħruf min wettaqm l-attakk fil-Liberja meta l-possibbiltajiet ivarjaw minn ‘persuna jew persuni fl-Istat Afrikan’ sa hackers indipendenti.
//= $special ?>