Il-mewt għall-għarrieda ta’ Barry Zammit, il-missier ta’ 36 sena mill-Ħamrun li tilef ħajtu llejla b’inċident bil-mutur, ħalliet xokk qawwi fost sħabu, li fuq Facebook sellmulu bħala anġlu, u ddeskrivewh bħala ħabib kbir.
Deskritt minn ħafna bħala bniedem mill-aħjar, ta’ qalb tajba u li kien iħobbu kulħadd, Barry Zammit sfortunatament ħalla warajh familja, inkluż tifel ta’ eta żgħira.
Fuq Facebook, evidenti l-imħabba ta’ Zammit għall-mutur, b’mod speċjali l-Honda iswed li sofrtunatament kien qed isuq f’Ħal Far, meta għal xi raġuni ħabat fuq wara ta’ vettura misjuqa fl-istess direzzjoni minn żagħżugħ ta’ 19-il sena.
Sfortunatament anke dan tal-aħħar kellu bżonn il-kura, minħabba x-xokk qawwi li sofra kawża ta’ dan l-inċident.
//= $special ?>