Ragel ta’ 63 sena residenti r-Rabat kellu jinħareġ minn taħt it-terrapien u qed jingħata l-kura wara li ċediet parti mill-garaxx li kien fih.
Il-każ seħħ għall-ħabta tan-12.30, fi Sqaq Numru 1 ta’ Triq Borg Olivier, fir-Rabat.
Fuq il-post immedjatament wasal tim mediku muill-Isptar Mater Dei li ħa lir-raġel lejn l-isptar għall-kura, bir-raġel isofri ġrieħi gravi f’dan l-inċident.
Minn informazzjoni i ghandu dan l-istazzjon jidher li kienet il-parti ta’ wara tal-garaxx li ċediet, bil-konsegwenza li r-raġel ma setax joħroġ.
Minn barra, il-garaxx jidher li hu fi stat hazin, hekk kif saħansitra anke l-faċċata hi mimlija minn ġebel li ttiekel maż-żmien.
//= $special ?>