Lokali

“Ilbsu kuluri vivaċi” – il-familja ta’ Jacqueline Azzopardi

Hekk kif illum tingħata l-aħħar tislima lil Jacqqueline Azzopardi, il-familja tagħha qed tappella lil dawk li se jattendu biex jilbsu kuluri vivaċi.

F’kummenti fuq il-midja soċjali, il-familja qalet li l-kuluri favoriti ta’ Jacqueline, kandidata għall-elezzjoni ġenerali u eks kunsilliera f’Ħad-Dingli fi tliet leġiżlaturi differenti, kienet it-turqoise u l-vjola.

Kuluri vivaċi li jirriflettu l-karattru ferrieħi li kellha Jacqueline Azzopardi, li sfortunatament ħalliet din id-dinja l-għada li għalqet 47 sena, wara battalja kontra l-kanċer

Il-familja qed tappella wkoll biex min jista’ jattendi għall-funeral permezz ta’ mutur, li Jacqueline kellha mħabba lejh tant li xtaqet iġġib il-liċenzja biex issuqu qabel mietet.

Il-funeral isir fis-14:00, fil-Knisja Arċipretali ta’ Ħad-Dingli.