Kurżitajiet

Iċ-ċikkulata favorita ta’ bosta tispiċċa TITNAQQAR DRASTIKAMENT u tiddiżappunta ħafna nies

Il-kumpanija Mondelez International ħabbret illi naqqset l-ammont ta’ biċċiet illi kellha ċ-ċikkulata Toblerone minħabba “żieda fl-ispejjes tal-prodott”.

Iċ-ċikkulati affetwati huma dawk ta’ 400g u 170g.

Fil-prattika, il-bidla tfisser illi żdied l-ispażju bejn trijangolu u ieħor, b’kuntrast evidenti ma kif kienet it-Toblerone sa ftit ġimgħat ilu (ara r-ritratt hawn taħt).

Ħafna Ingliżi (appasjonati ta’ din iċ-ċikkulata) diġa’ esprimew diżappunt kbir għal din il-mossa.

toblerone-2