Sean Sullivan, li llum għandu 45 sena, hu eks gowlkiper tat-tim nazzjonali Malti fejn lagħab aktar mal-kategoriji tat-timijiet nazzjonali taż-żgħar għalkemm kellu l-unur li lagħab tliet darbiet mat-tim tal-kbar u siefer kemm il-darba mat-tim nazzjonali bħala gowlkiper ta’ riserva. Sullivan hu prodott ta’ St. Andrews iżda lagħab ukoll ma’ Ħamrun Spartans, Valletta, Floriana u B’Kara. L-aqwa żmien tiegħu kien meta kien ma’ Valetta fejn fost oħrajn rebaħ il-ħames tazzi u anke s-sitt tazzi għalkemm mhux dejjem kien hu l-gowlkiper numru wieħed tat-tim. Riċentament Sullivan kien qed jaħdem ma’ Valletta u anke St. Andrews fir-rwol ta’ kowċ tal-gowlkipers.
Il-ġurnalist sportiv Christian Micallef iltaqa’ ma’ Sullivan fl-istabbiliment popolari fil-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub fejn tkelmu dwar diversi temi interessanti f’intervista għall-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.
Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm intervisti ta’ dawn it-tip fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’. Aktar intervisti li saru fil-programmi preċidenti tistgħu terġgħu ssegwuhom permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.
//= $special ?>

