Donald Trump irnexxielu jirbaħ l-elezzjoni għall-Presidenza Amerikana. Dan wara li sorprenda lil kull ħadd mhux għax rebaħ l-elezzjoni imma bil-kobor tar-rebħa. Trump kellu bżonn 270 ta’ dawk li jissejjħu electoral votes – il-voti allokati lil kull stat Amerikan – u spiċċa biex rebaħ 278 electoral vote biex hekk issa se jsir l-45 President tal-Istati Uniti. Dan wara l-ġurament li jittieħed fl-20 ta’ Jannar.
Barraminhekk, ir-Repubblikani ta’ Trump irnexxielhom ukoll jirbħu l-Kungress Amerikan. Xi ħaġa li rarament seħħet fl-istorja reċenti tal-Istati Uniti.
Kienu l-Istati ta’ Florida, Ohio u North Carolina li ħallew u rabtu r-rebħa għal Trump.
Ftit wara li kien ċar li rebaħ, Hillary Clinton ċemplet lil Trump u konċediet it-telfa u ftit wara Trump ħareġ jagħmel id-diskors tar-rebħa fejn għaraf il-ġlieda iebsa li tatu.
Trump il-President ġdid tal-Istati Uniti
