Il-ġurnali Taljani ħabbru li l-Alitalia mhux se tkompli fil-proċess biex takkwista 49.9% tal-linja Nazzjonali tal-ajru Maltija, l-Air Malta. Dan minħabba li s-sidien tal-Alitalia kienu qed jaraw il-kumpanija Maltija bħala piż ieħor mal-problemi li diġa għandhom.
Il-midja taljana qed tgħid li l-Etihad li hi ukoll is-sid tal-Alitalia tilfet kull interess milli tkompli fil-proċess li tinnegozja mal-Gvern Malti biex tieħu f’idejha din il-kumpanija. Kollox kien tħabbar fir-rebbiegħa li għaddiet u sas-sajf kellu jkun konkretizzat il-ftehim.
Sa issa l-Gvern Malti għadu ma qal xejn dwar dan imma kollox jindika li hi kwistjoni ta’ ġranet li din l-aħbar toħroġ b’mod uffiċjali.
Dan ifisser li il-ħidma biex tkun salvata din il-kumpanija tal-ajru trid terġa tibda mill-ġdid, bil-ġurnal Taljan Il Giornale jgħid li se jkun diffiċli li l-Air Malta issib kumpanija oħra li tista tidħol sħab magħha.
//= $special ?>