Il-Ministeru tad-Difiża tar-Russja qal li żewġ destroyers tal-qawwiet tal-baħar Russi‘interċettaw sottomarin tal-Olanda, bl-iskop li dan ma jispjunax fuq aircraft carrier Russa fiz-zona tal-Mediterran .
Ma kienx immedjatament ċar fejn seħħ l-inċident, iżda rapporti sostna li l-aircraft carrier Russu ‘Admiral Kuznetsov’ kien xi 100 kilometru lejn il-Majjistral tal-port ta’ Latakia, fis-Sirja.
Is-sottomarin kien 20 kilometru ’il bogħod mill-‘Admiral Kuznetsov’ fil-ħin tal-inċident. Dan meta r-Russja kienet bagħtet flotilla lejn il-Lvant tal-Mediterran fost l-istennija għal aktar attakki tal-ajru mill-qawwiet tal-ajru Russi fuq militanti fis-Sirja.
In-NATO qalet, sadattant, li qed issegwi l-bastimenti ‘b’mod ikkalkulat u responsabbli’. Uffiċjal, mill-banda l-oħra, sostna li l-Alleanza militari tal-Punent ma reditx tipprovdi dettalji, bin-NATO tisħaq li kienet ilha tosserva l-flotta Russa għal diversi ġimgħat.
Konfront bejn bastimenti Russi u sottomarin Olandiż fil-Mediterran
