Kurżitajiet

SENTEJN WARA jirritorna t-trampolin f’reklam li sewa’ £7 miljuni

Fir-reklam tal-Milied li ħejjiet il-kumpanija John Lewis spikka b’mod prominenti t-trampolin – l-istess kif deher fir-reklam tal-istess kumpanija sentejn ilu (ara r-ritratt). Din id-darba iżda, it-trampolin ingħata bħala rigal liċ-ċkejkna Bridget.

Fl-2014, it-trampolin kien deher bħala parti mir-reklam famuż tal-pingwin Monty. Iżda minkejja li din is-sena r-reklam ġie jiswa’ £7 miljuni, donnu l-ideat ta’ John Lewis nixfu, u rrepetew il-kunċett tat-trampolin.