Il-Ministeru tas-Saħħa ordna inkjesta dwar rapporti li mediċina tat-Tamiflu li kienet qed tintuża biex tikkura l-pazjenti kritiċi fil-kura intensiva fl-Isptar Mater Dei kienet waħda skaduta
Dan ġie konfermat fi stqarrija li ntbagħtet ilbieraħ filghaxija fejn il-gvern qal li xi pazjenti fit-Taqsima tal-Kura Intensiva f’Mater Dei kienu qed jinghataw medicina skaduta.
The Times of Malta rrapurtat li sorsi qalu li din il-mediċina kienet diġà ġiet indikata mediċina li għandha tintrema, iżda bagħet fuq l-ixkafef tal-isperija tal-Isptar. Is-sorsi qalu li fl-aħħar ta’ Mejju l-ispiżerija isptar ma kellix disponibbli aktar din il-mediċina u l-unika stokk li kien fadal kien skadut. Skont l-istess sorsi huma qalu li din il-mediċina kienet tintuża għal dawk il-pazjenti biss li kienu f’kundizzjoni kritika.
Il-mediċina tat-Tamiflu hija preskritta lill-pazjenti bil-virus H1N1, magħrufa wkoll bħala l-influwenza tal-ħnieżer u l-użu tagħha huwa biex ittaffi xi wħud mis-sintomi tal-virus, li ġieli kienu anke fatali. L-istess sorsi qalu li qabel tingħata din il-mediċina kienet timtela’ formola speċjali mill-ħaddiema tal-isptar qabel ma titqassam il-mediċina.
Skont is-sorsi, għalkemm il-ħaddiema mediċi kienu jimlew il-formola speċjali la l-pazjenti u lanqas il-qraba tagħhom qatt ma ġew informati jew ikkonsultati dwar l-użu ta’ mediċina li qabżet id-data ta’ skadenza tagħha.
Il-kelliem tal-Ministeru insistiet li l-awtoritajiet ma kinux konxji li medikazzjoni li kienet qed tintuża kienet waħda skaduta u għalhekk esprimiet id-dubji dwar dan.
Il-Ministeru qal li qed jaraw il-ħaġa bħala waħda diffiċli hekk kif skontha l-ebda awtorita’ ma tgħat il-permess tagħha biex tintuża din il-mediċina.
Fl-istess waqt l-istess sorsi qalu li għalkemm it-Tamiflu ma kinitx disponibbli fil-farmaċija tal-isptar, din kienet faċilment disponibbli fi spiżeriji oħrajn imma qatt ma ttieħdet azzjoni biex tinxtara minn hemm.
//= $special ?>

