Bidu ta’ Ħadd traġiku hekk kif żgħażugħ ta’ 25 sena tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku.
Il-każ seħħ fit-8.15 ta’ dalgħodu fi Triq il-Kosta, Baħar iċ-Ċagħaq, meta għal xi raġuni mhux magħrufa tilef il-kontroll tal-mutur waqt li kien qiegħed isuq ma grupp ta bikers oħra, fosthom missieru stess.
Mill-ewwel indikazzjonijiet jidher li l-vittma kellu impatt vjolenti mal-crash-barriers.
Huwa ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza madanakollu tilef il-battalja mal-mewt ftit tal-ħin wara.
Dan huwa it-22 inċident tat-traffiku s’issa din is-sena.
//= $special ?>