Lokali

Filmat: Periklu minn sewwieq ta’ taxi li jibqa’ għaddej minn fuq id-dawl aħmar meta anzjan kien se jaqsam it-triq

Sewwieq ta’ mutur irrapporta l-periklu ta’ sewwieq partikolari tat-taxi, li baqa’ għaddej minkejja li kellu d-dawl aħmar u persuna kienet se taqsam it-triq.

Fil-fatt, is-sewwieq tal-mutur li ffilmja dak li ġara spjega kif fuq iż-‘zebra crossing’ dak il-ħin kien hemm anzjan, li kien se jaqsam it-triq abbord ir-rota tiegħu.

Madankollu, is-sewwieq tat-taxi baqa’ għaddej, aktarx fi triqtu lejn l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, hekk kif dan is-sett ta’ ‘traffic lights’ jinsab biss ftit ‘il bogħod mill-Ajruport.