Kontrollati nirien fir-residenza tal-Kummissarju tal-Pulizija Laurence Cutajar

Nar fid-dar tal-Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar kien ikkontrollat minn membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Aktarx in-nar kien ikkawżat minn ‘short-cirtcuit’ fid-dar tal-Kummissarju, li tinsab fi Triq Ġużeppi Ellul, f’Ħal Luqa.

In-nar żviluppa xi ħin qabel is-sitta ta’ filgħaxija, iżda kien ikkontrollat fi ftit ħin mill-Protezzjoni Ċivili.

Intant, morna fuq il-post biex jiffilmja l-inċident, Pulizija li kienu qed jakkumpanjaw lill-Kummissarju tal-Pulizija, avviċinaw lill-crew ta’ NETnews u talbuna biex nieqfu niffilmjaw ir-residenza tal-Kummissarju.

Fuq il-post, dan l-istazzjon għamilha ċara li normalment, qatt ma nitwaqqfu milli niffilmjaw residenzi li jkunu ħadu n-nar, madanakollu l-uffiċjali preżenti nsistew li nieqfu niffilmjaw il-faċċata tad-dar tal-Kummissarju, biex skonthom, tkun protetta s-sigurtà tal-Kummissarju.