Futbol Sport

Edwin Camilleri…l-istorja ta’ wieħed mill-aqwa difensuri Maltin tas-snin 80 u 90

L-eks plejer internazzjonali Malti, Edwin Camilleri llum għandu 53 sena. Hu meqjus bħala wieħed mill-aqwa difensuri Maltin tas-snin 80 u 90, b’karriera ma’ tliet klabbs iżda l-aktar li hu magħruf hu għall-perjodu twil b’suċċess ma’ Hibernians, fejn magħhom rebaħ kull unur tal-futbol lokali. Apparti li lagħab ma’ Kalkara, fil-bidu nett tal-karriera tiegħu, u sintendi ma’ Hibernians, Camilleri lagħab ma’ Ħamrun Spartans qabel ma irtira. Camilleri lagħab kważi 50 partita mat-tim nazzjonali Malti u llum hu involut fil-coaching fejn jifforma parti mill-istaff tekniku fiċ-Ċentru Tekniku tal-MFA mmexxi minn Robert Gatt.

Il-ġurnalist sportiv Christian Micallef iltaqa’ ma’ Williams fl-istabbiliment popolari fil-Qawra, Cheeky Monkey Gastropub fejn tkelmu dwar diversi temi interessanti f’intervista għall-programm Replay Preview, li jixxandar kull nhar ta’ Ġimgħa fid-9pm fuq Net Television.

Kull nhar ta’ Ġimgħa filgħaxija, waqt il-programm Replay Preview qed ikun hemm intervisti ta’ dawn it-tip fir-rokna ‘X’Sar Minnhom?’. Aktar intervisti li saru fil-programmi preċidenti tistgħu terġgħu ssegwuhom permezz tal-paġna ta’ Replay fuq Facebook. Il-programm Replay Preview jitwassal bl-appoġġ ta’ numru ta’ sponsors li huma: Videoslots.com, Cheeky Monkey Gastropub tal-Qawra, Konica Minolta, Lannutti u Jet Freight, Weetabix Protein, Malta Football Players Association, Optica u Dizz Group of Companies.