Futbol

Inizjattiva ġdida bejn l-MPO u Palazzo de Piro

Inizjattiva ġdida fjamanta u impriża konġunta bejn l-Orkestra Filarmonika ta’ Malta u Palazzo de Piro qed jagħtu lill-udjenzi l-opportunità unika li jesperjenzaw ikla ta’ tliet korsijiet flimkien ma’ kunċert ta’ mużika tal-kamra sħiħ f’atmosfera intima waqt ‘A Taste of the Classics’.

It-triju tal-Vuċi u l-Arpa tal-MPO magħmul minn Britt Arend (arpa), Gillian Zammit (vuċi) u Clare Ghigo (vuċi) se jinterpretaw arji ta’ Mozart, Puccini, Gounod u Rossini, fosthom O mio babbino caro minn ‘Gianni Schicchi’, Voi che sapete u Sull’aria minn ‘Le Nozze di Figaro’, Je veux vivre minn ‘Roméo et Juliette’, u Barcarolle minn ‘Les contes d’Hoffmann’.

Waqt il-pawżi fir-repertorju tas-serata se tiġi servuta l-ikla minn Infinitely Xara, li se tkun tikkonsisti fi starter, platt prinċipali, u deżerti, akkumpanjati minn inbid, ilma, te u kafè. Il-klijenti jista’ jkollhom ix-xarbiet tagħhom matul il-kunċert, li se jkun jikkonsisti f’madwar 50 minuta ta’ mużika.

‘A Taste of the Classics’ se jittella’ fis-Sala Panoramica ta’ Palazzo de Piro l-Imdina nhar is-Sibt, 26 ta’ Novembru fis-7.30pm. Il-bibien jinfetħu fis-7pm. Il-kodiċi tal-ilbies huwa formali. Il-biljetti qed jinbiegħu għall-prezz ta’ €80 għal kull persuna jew €600 għal mejda ta’ għaxra. Biex tirriserva post żur www.ticketline.com.mt, ibgħat email fuq info@maltaorchestra.com, jew ċempel fuq 2124 4473. Għal aktar informazzjoni żur www.maltaorchestra.com.