Il-Viċi President ta’ Floriana, l-Avukat Matthew Paris ikkonferma li xeħet in-nomina tiegħu għall-elezzjoni ta’ Viċi President tal-MFA. Dan wara r-riżenja tal-Avukat Chris Bonett li minn Jannar se jkun qed jaħdem mal-UEFA.
Fl-istqarrija tiegħu lill-midja Paris kiteb, “Din hija elezzjoni straordinarja f’mument straordinarju għall-fubol Malti – din hi opportunità sabiex flimkien inkomplu naħdmu biex l-assoċjazzjoni tkompli taqdi lfunzjonijiet tagħha. Nemmen li diġa’ sar ħafna iżda fl-istess waqt nemmen ukoll li jeħtieġ li jsir aktar fis-snin li ġejjien! Qiegħed naċċetta din in-nomina għaliex nemmen li wara numru ta’ snin konsiderevoli naħdem fi klabb, inkluż bħala ko-fundatur ta’ Mdina Knights FC (fit-Tielet Diviżjoni) u illum bħala Viċi President ta’ Floriana FC (fil-Kampjonat Premier), nista’ nagħti kontribut sabiex il-logħba li tant ilkoll inħobbu, sabiex l-assoċjazzjoni li tant ħadmet għall-ġid tal-futbol Malti, tkompli tkun għas-servizz tal-klabbs u l-assoċjazzjonijiet membri sħab fl-MFA. L-għan uniku tiegħi, u allura l-unika ħsieb li għandi, huwa li nkun ta’ servizz. B’umiltà iżda b’determinazzjoni konvint li nista nkun ta’ għajnuna f’dan il-mument hekk importanti, għalina li għandna l-assoċjazzjoni tant għal qalbna.”
//= $special ?>